24 u ħareġ nar minn quddiem Ġeħova+ u beda jikkonsma l-offerta tal-ħruq u l-bċejjeċ imxaħħmin fuq l-artal. Meta n-nies kollha raw dan, infexxew jgħajtu+ u nxteħtu wiċċhom fl-art.
20 U ġara li hekk kif il-fjamma telgħet mill-artal lejn is-sema, l-anġlu taʼ Ġeħova telaʼ fil-fjamma taʼ l-artal waqt li Manogħa u martu kienu qed iħarsu.+ Fil-pront inxteħtu wiċċhom fl-art.+
26 Imbagħad David bena hemmhekk artal+ lil Ġeħova u offra sagrifiċċji tal-ħruq u sagrifiċċji taʼ sħubija, u sejjaħ lil Ġeħova,+ li issa wieġbu bin-nar+ mis-smewwiet fuq l-artal taʼ l-offerta tal-ħruq.
7Issa malli Salamun temm jitlob,+ in-nar niżel mis-smewwiet+ u kkonsma l-offerta tal-ħruq+ u s-sagrifiċċji, u l-glorja taʼ Ġeħova+ mliet id-dar.