20 B’hekk, Sawl u n-nies kollha li kienu miegħu ssejħu biex jinġabru.+ Għalhekk, waslu saħansitra sal-battalja, u s-sejf taʼ kull wieħed kien ġie kontra sieħbu;+ il-konfużjoni kienet kbira ferm.
23 U wlied Għammon u Mowab qamu għall-abitanti tar-reġjun muntanjuż tas-Segħir+ biex jeqirduhom* u jġibuhom fix-xejn; u malli spiċċaw jeqirdu lill-abitanti tas-Segħir, għenu biex kull wieħed jeqred lil sieħbu stess.+
2 “Se nsuq lill-Eġizzjani bin-niggieża kontra l-Eġizzjani stess, u kull wieħed minnhom se jiggwerra kontra ħuh, u kull wieħed kontra sieħbu, belt kontra belt, saltna kontra saltna.+
21 “‘U se nsejjaħ sejf kontrih mar-reġjun muntanjuż kollu tiegħi,’ hija l-kelma tal-Mulej Sovran Ġeħova.+ ‘Is-sejf taʼ kull wieħed se jkun kontra ħuh stess.+
13 “U jrid iseħħ f’dak il-jum li fuqhom ikollhom konfużjoni sħiħa mingħand Ġeħova;+ u kull wieħed minnhom se jaħtaf id sieħbu, u idu se tintrefaʼ kontra id sieħbu.