21 Imma Ittaj wieġeb lis-sultan u qallu: “Daqskemm hu ħaj Ġeħova u daqskemm hu ħaj sidi s-sultan,+ kulfejn ikun sidi s-sultan, għall-mewt jew għall-ħajja, hemmhekk ikun il-qaddej tiegħek!”+
2 U Elija beda jgħid lil Eliżew: “Jekk jogħġbok, poġġi hawnhekk għax Ġeħova bagħatni Betel.” Imma Eliżew qallu: “Daqskemm Ġeħova hu ħaj+ u daqskemm ruħek hi ħajja,+ m’iniex se nitilqek.”+ Għalhekk, niżlu Betel.+
10 Imma Ġeħova tassew hu Alla.+ Hu l-Alla l-ħaj+ u s-Sultan taʼ l-eternità.*+ Għar-rabja tiegħu, l-art titriegħed+ u l-ebda ġens ma jiflaħ għall-kundanna tiegħu.+
16 U s-Sultan Sedekija ħalef lil Ġeremija fejn ma jarahom ħadd, u qallu: “Daqskemm hu ħaj Ġeħova, li tana din il-ħajja,+ jien ma noqtlokx, u ma nagħtikx f’idejn dawn l-irġiel li qed jipprovaw jiħdulek ħajtek.”+