1 Samwel
4 U Samwel wassal il-kelma lil Israel kollu.
Imbagħad l-Israelin ħarġu biex jitqabdu mal-Filistin; u kkampjaw maġenb Ebengħeżer,+ u l-Filistin ikkampjaw f’Afek.+ 2 U l-Filistin tqassmu+ biex jiltaqgħu maʼ Israel, u l-battalja marret ħażin, u b’hekk Israel kien megħlub mill-Filistin,+ li qatlu madwar erbat elef raġel li kienu qed jitqabdu fil-kamp tal-battalja. 3 Meta l-poplu ġie fil-kamp, ix-xjuħ taʼ Israel bdew jgħidu: “Ġeħova għala għelibna llum quddiem il-Filistin?+ Ħa nġibu minn Silo l-arka tal-patt taʼ Ġeħova,+ sabiex tkun f’nofsna u ssalvana minn id l-għedewwa tagħna.” 4 Għalhekk, il-poplu bagħat xi nies Silo biex minn hemmhekk iġibu l-arka tal-patt taʼ Ġeħova taʼ l-armati, li qiegħed fuq il-kerubini.+ U ż-żewġ ulied t’Għeli, jiġifieri, Ħofni u Fineħas,+ kienu hemmhekk maʼ l-arka tal-patt taʼ l-Alla l-veru.
5 U ġara li, malli l-arka tal-patt taʼ Ġeħova waslet fil-kamp, l-Israelin kollha nfexxew jgħajtu kemm jifilħu,+ tant li l-art theżżet. 6 Il-Filistin ukoll semgħu l-ħoss taʼ l-għajat u bdew jgħidu: “Xi jfisser il-ħoss taʼ dan l-għajat+ kollu fil-kamp taʼ l-Ebrej?” Fl-aħħar saru jafu li l-arka taʼ Ġeħova kienet waslet fil-kamp. 7 U l-Filistin beżgħu, għaliex, qalu huma: “Alla wasal fil-kamp!”+ Għalhekk, qalu: “Gwaj għalina, għax ħaġa bħal din qatt ma ġrat qabel! 8 Gwaj għalina! Min se jsalvana minn id dan l-Alla maestuż? Dan hu l-Alla li laqat lill-Eġittu b’kull xorta taʼ kastig fix-xagħri.+ 9 Kunu kuraġġużi u uru li intom irġiel, Filistin, sabiex ma taqdux lill-Ebrej bħalma qdewkom huma;+ u uru li intom irġiel u ġġieldu!” 10 Għaldaqstant, il-Filistin iġġieldu u Israel ġie megħlub,+ u dawn ħarbu kull wieħed lejn it-tinda tiegħu;+ u l-qatla kienet kbira ferm,+ u b’hekk minn Israel waqgħu tletin elf raġel bil-mixi.+ 11 U l-arka t’Alla nqabdet,+ u ż-żewġ ulied t’Għeli, Ħofni u Fineħas, mietu.+
12 U raġel mit-tribù taʼ Benjamin telaq jiġri mill-kamp tal-battalja u wasal Silo dakinhar bi ħwejġu mċarrtin+ u bit-trab fuq rasu.+ 13 Meta wasal, kien hemm Għeli bil-qiegħda fuq is-siġġu mal-ġenb tat-triq, iħares, għaliex qalbu kienet qed ittaqtaq minħabba l-arka taʼ l-Alla l-veru.+ U r-raġel daħal biex jagħti l-aħbar fil-belt, u l-belt kollha bdiet tgħajjat. 14 U Għeli semaʼ l-ħoss taʼ l-għajat. Għalhekk, qal: “Xi jfisser il-ħoss taʼ din il-konfużjoni?”+ U r-raġel għaġġel biex jidħol u jagħti l-aħbar lil Għeli. 15 (Issa Għeli kellu tmienja u disgħin sena, u għajnejh ma kinux jitħarrku, u b’hekk ma setax jara.)+ 16 U r-raġel qal lil Għeli: “Jien dak li ġejt mill-kamp tal-battalja, u jien—mill-kamp tal-battalja ħrabt illum.” U hu qallu: “X’ġara eżatt, ibni?” 17 Għalhekk, dak li ġab l-aħbar wieġeb u qal: “Israel ħarab minn quddiem il-Filistin, u seħħet ukoll telfa kbira fost il-poplu;+ u ż-żewġ uliedek mietu wkoll—Ħofni u Fineħas+—u l-arka taʼ l-Alla l-veru nqabdet.”+
18 U ġara li, malli semma l-arka taʼ l-Alla l-veru, Għeli waqaʼ lura minn fuq is-siġġu ħdejn il-bieb, u kiser għonqu, u b’hekk miet, għaliex ir-raġel kien xiħ u tqil; u kien imħallef fuq Israel għal erbgħin sena. 19 U mart ibnu, mart Fineħas, kienet tqila u waslet biex tiled, u malli semgħet bl-aħbar, li l-arka taʼ l-Alla l-veru nqabdet u li missier żewġha u żewġha kienu mietu, mielet u bdiet tiled, għaliex l-uġigħ tagħha ġie fuqha bla mistenni.+ 20 U x’ħin kienet qed tmut, in-nisa li kienu maġenbha bdew jgħidu: “Tibżax, għaliex ulidt iben.”+ U hi la wieġbet u lanqas ħasset għalih. 21 Imma t-tifel semmietu Ikabod,*+ u qalet: “Il-glorja telqet minn Israel u marret fl-eżilju,”+ u dan kien minħabba li l-arka taʼ l-Alla l-veru kienet inqabdet u minħabba missier żewġha u żewġha.+ 22 Għalhekk, qalet: “Il-glorja telqet minn Israel u marret fl-eżilju,+ għaliex l-arka taʼ l-Alla l-veru nqabdet.”+