14 U l-karru daħal fl-għalqa taʼ Ġożwè l-Bet-xemi u baqaʼ wieqaf hemmhekk, fejn kien hemm ġebla kbira ħafna. U huma qattgħu l-injam tal-karru, u l-baqar+ offrewhom bħala offerta tal-ħruq lil Ġeħova.+
21 Għaldaqstant waqaf isegwih u dar lura u ħa żewġ barrin u ssagrifikahom,+ u bl-għodda+ tal-barrin għalla laħamhom u tah lin-nies, u bdew jieklu. Wara dan, qam u mar wara Elija u beda jaqdih.+
23 Imma Ornan qal lil David: “Ħudu daqslikieku tiegħek,+ u ħa jagħmel sidi s-sultan dak li hu tajjeb f’għajnejh stess. Ara, nagħtik il-baqar+ għall-offerti tal-ħruq u s-slitta tad-dris+ għall-injam+ u l-qamħ bħala offerta tal-qmuħ. Kollox nagħtik.”+