4 Imbagħad David bagħat messaġġiera biex jiħodha.+ Għalhekk, hi daħlet għandu+ u hu mtedd magħha,+ fiż-żmien li hi kienet qed tindaf min-nuqqas taʼ ndafa tagħha.+ Iktar tard reġgħet lura lejn darha.
8 Fl-aħħar, David qal lil Urija: “Inżel lejn darek u aħsel saqajk.”+ Għaldaqstant, Urija ħareġ mid-dar tas-sultan, u l-għotja tas-sultan ħarġet warajh.
13 U David sejjaħlu biex jiekol u jixrob quddiemu. Imbagħad ġiegħlu jisker.+ Minkejja dan, hu ħareġ fil-għaxija biex jimtedd fuq soddtu mal-qaddejja taʼ sidu, u lejn daru ma niżilx.
15 Għalhekk, fl-ittra kiteb u qal:+ “Poġġu lil Urija fuq quddiem fl-eħrex attakki tal-battalja,+ u intom irtiraw minn warajh ħalli jindarab u jmut.”+