9 Maż-żmien, Adonija għamel sagrifiċċju+ taʼ nagħaġ u baqar u annimali msemmnin ħdejn il-ġebla taʼ Żoħelet, li qiegħda viċin Għajn-rogel,+ u stieden lil ħutu kollha, ulied is-sultan,+ u lill-irġiel kollha taʼ Ġuda, qaddejja tas-sultan.
19 Hu ssagrifika kwantità kbira taʼ barrin u annimali msemmnin u nagħaġ, u stieden lil ulied is-sultan kollha+ u lil Abjatar+ il-qassis u lil Ġowab+ il-kap taʼ l-armata; imma lil Salamun il-qaddej tiegħek ma stidnux.+
25 Għax illum hu niżel jissagrifika+ kwantità kbira taʼ barrin u annimali msemmnin u nagħaġ, u stieden lil ulied is-sultan kollha u lill-kapijiet taʼ l-armata u lil Abjatar il-qassis;+ u hemm qegħdin jieklu u jixorbu quddiemu u jgħidu, ‘Ħa jgħix is-Sultan Adonija!’+