9 Issa Absalom sab ruħu quddiem il-qaddejja taʼ David. U Absalom kien riekeb fuq bagħal, u l-bagħal daħal taħt il-friegħi minsuġin taʼ siġra kbira ħafna, u b’hekk rasu nqabdet fis-siġra l-kbira, u baqaʼ mdendel bejn sema u art,+ waqt li l-bagħal li kien taħtu baqaʼ sejjer.