10 minħabba dan, se nġib gwaj fuq dar Ġerobogħam, u se neqred minn dar Ġerobogħam lill-irġiel u lis-subien kollha,+ sa l-iktar wieħed baxx f’Israel;+ u niknes lil dar Ġerobogħam,+ bħalma wieħed jeħles mill-ħmieġ sakemm jarmih.+
29 U ġara li malli sar sultan, hu qatel lid-dar kollha taʼ Ġerobogħam. Minn dar Ġerobogħam ma ħalla ’l ħadd li jieħu n-nifs għax qeridhom ilkoll, skond il-kelma li Ġeħova kien qal permezz tal-qaddej tiegħu Aħija s-Siloni,+