17 “Tixtieqx dar għajrek. Tixtieqx mart għajrek,+ la l-ilsir tiegħu, la l-ilsira tiegħu, la l-barri tiegħu, la l-ħmar tiegħu, lanqas kwalunkwe ħaġa li hi t’għajrek.”+
21 “‘Lanqas għandek tixtieq mart għajrek.+ Lanqas għandek tixxennaq b’egoiżmu għal dar għajrek, għar-rabaʼ tiegħu, għall-ilsir tiegħu, għall-ilsira tiegħu, għall-barri tiegħu, għall-ħmar tiegħu, jew għal kwalunkwe ħaġa li hi t’għajrek.’+
15 Imbagħad qalilhom: “Żommu għajnejkom miftuħin u għassu kontra kull xenqa b’għira,+ għax anki meta wieħed ikollu bl-abbundanza, ħajtu ma tiddependix minn dak li għandu.”+
7 Allura, x’ngħidu? Hi l-Liġi dnub?+ Jalla qatt ma jiġri dan! Tassew, jien ma kontx inkun naf x’inhu dnub+ kieku ma kienx għal-Liġi; per eżempju, ma kontx inkun naf x’inhi xenqa b’għira+ kieku l-Liġi ma qalitx: “Tixxennaqx b’għira.”+
14 Għajnejhom mimlijin adulterju+ u m’humiex kapaċi jirreżistu d-dnub,+ u jħajru lil erwieħ li m’humiex sodi. Qalbhom imħarrġa fir-regħba.+ Huma wlied misħutin.+