6Fis-sena li miet+ is-Sultan Użżija jien, madankollu, rajt lil Ġeħova,+ bil-qiegħda fuq tron+ għoli u merfugħ ’il fuq, u djulu kien qed jimla t-tempju.+
26 U fuq il-firxa taʼ fuq rashom kien hemm ħaġa li kienet tidher qisha ħaġra taż-żaffir,+ ħaġa li tixbah lil tron.+ U fuq il-ħaġa li tixbah lil tron kien hemm xi ħadd jidher qisu bniedem,+ fl-għoli.
9 “Bqajt inħares sakemm tqiegħdu tronijiet+ u x-Xiħ fil-Jiem+ qagħad bil-qiegħda. Ħwejġu kienu bojod bħas-silġ,*+ u xagħar rasu kien bħas-suf nadif.+ It-tron tiegħu kien fjammi tan-nar;+ ir-roti tiegħu kienu nar iħeġġeġ.+