2 Kronaki
8 U ġara wara għoxrin sena,+ li fihom Salamun bena d-dar taʼ Ġeħova+ u d-dar tiegħu stess,+ 2 li Salamun reġaʼ bena l-bliet li kien tah Ħiram+ u mbagħad bagħat lil ulied Israel jgħammru hemmhekk. 3 Barra minn hekk, Salamun mar Ħamat-soba u għelibha. 4 Imbagħad reġaʼ bena Tadmor fix-xagħri u l-bliet kollha għall-imħażen+ li kien bena f’Ħamat.+ 5 U bena Bet-ħoron taʼ Fuq+ u Bet-ħoron t’Isfel,+ bliet fortifikati bis-swar,+ bibien u staneg,+ 6 u Bagħalat+ u l-bliet kollha għall-imħażen li kienu saru taʼ Salamun, il-bliet kollha għall-karrijiet,+ il-bliet għar-rikkieba taż-żwiemel,+ u kull ħaġa sabiħa li Salamun+ xtaq jibni f’Ġerusalemm u fil-Libanu+ u fl-art kollha taħt id-dominju tiegħu.
7 U min-nies kollha li kien fadal mill-Ħittin,+ mill-Amurrin,+ mill-Pereżin,+ mill-Ħiwwin,+ u mill-Ġebusin,+ li ma kinux parti minn Israel,+ 8 minn uliedhom li tħallew warajhom fl-art, li wlied Israel ma kinux qerduhom għalkollox,+ Salamun baqaʼ jobbliga+ lill-irġiel biex jagħmlu xogħol forzat sa dan il-jum.+ 9 Imma Salamun m’għamel lil ħadd ilsir għax-xogħol tiegħu minn ulied Israel;+ għax huma kienu gwerriera,+ kapijiet taʼ l-ajjutanti, u kapijiet tas-sewwieqa tal-karrijiet tiegħu+ u tar-rikkieba taż-żwiemel tiegħu.+ 10 Kien hemm mitejn u ħamsin kap tad-deputati+ tas-Sultan Salamun, l-imgħallmin fuq in-nies.+
11 U lil bint il-Fargħun,+ Salamun ħariġha mill-Belt taʼ David+ u tellagħha lejn id-dar li kien bnielha,+ għax qal: “Għalkemm hi marti, m’għandhiex tgħammar fid-dar taʼ David, is-sultan taʼ Israel, għax il-postijiet li kienet fihom l-arka taʼ Ġeħova huma xi ħaġa qaddisa.”+
12 Kien dak iż-żmien li Salamun offra s-sagrifiċċji tal-ħruq+ lil Ġeħova fuq l-artal+ taʼ Ġeħova li kien bena quddiem il-loġġa,+ 13 bħala rutina taʼ kuljum+ biex joffri l-offerti skond il-kmandament taʼ Mosè għas-Sabatijiet,+ u għal kull qamar ġdid,+ u għall-festi stabbiliti+ tliet darbiet fis-sena,+ fil-festa tal-ħobż bla ħmira,+ fil-festa tal-ġimgħat,+ u fil-festa taʼ l-għerejjex.+ 14 Barra minn hekk, stabbilixxa t-taqsimiet+ tal-qassisin għas-servizzi tagħhom skond ir-regola taʼ David, missieru,+ u l-Leviti+ f’posthom jaqdu dmirhom, biex ifaħħru+ u jaqdu+ quddiem il-qassisin bħala rutina taʼ kuljum,+ u l-għassiesa tal-bibien fit-taqsimiet tagħhom għal kull bieb,+ għax hekk kien il-kmandament taʼ David, il-bniedem taʼ l-Alla l-veru. 15 U ma warrbux mill-kmandament li s-sultan ta lill-qassisin u lil-Leviti dwar kwalunkwe ħaġa u dwar il-provvisti.+ 16 Għalhekk, ix-xogħol kollu taʼ Salamun kien twettaq b’suċċess+ mill-jum li tqiegħdu l-pedamenti tad-dar taʼ Ġeħova sakemm tlesta.+ Għalhekk, id-dar taʼ Ġeħova kienet lesta kompletament.+
17 Kien dak iż-żmien li Salamun mar Għesjon-geber+ u Elot+ f’xatt-il baħar fl-art t’Edom.+ 18 U Ħiram+ kien jibgħat regolarment, permezz tal-qaddejja tiegħu, bastimenti u qaddejja li kellhom għarfien tal-baħar,+ u kienu jiġu Ofir+ mal-qaddejja taʼ Salamun u jieħdu minn hemmhekk erbaʼ mija u ħamsin talent+ deheb+ u jiħduhom lis-Sultan Salamun.+