39 U l-bqija tal-ġrajjiet t’Aħab u kulma għamel u d-dar taʼ l-avorju+ li bena u l-bliet kollha li bena, m’humiex dawn miktubin fi ktieb+ il-ġrajjiet taʼ żmien is-slaten taʼ Israel?
4 Intom li timteddu fuq sodod taʼ l-avorju+ u tintelqu fuq id-divani tagħkom, u tieklu l-imtaten mill-merħla u l-għoġiela minn fost l-imsemmnin;+
12 il-merkanzija+ kollha taʼ deheb u fidda u ħaġar prezzjuż u perli u għażel fin u porpra u ħarir u skarlat; u kull ħaġa magħmula minn injam aromatiku u kull xorta taʼ oġġett taʼ l-avorju u kull xorta taʼ oġġett magħmul mill-iktar injam prezzjuż u mir-ram aħmar u mill-ħadid u mill-irħam;+