LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • 1 Slaten 11:31
    Traduzzjoni tad-Dinja l-Ġdida taʼ l-Iskrittura Mqaddsa
    • 31 U qal lil Ġerobogħam:

      “Ħu għaxar biċċiet għalik; għax hekk qal Ġeħova l-​Alla taʼ Israel, ‘Ara, jien se nċarrat is-​saltna minn id Salamun, u lilek nagħtik għaxar tribujiet.+

  • 1 Slaten 12:2
    Traduzzjoni tad-Dinja l-Ġdida taʼ l-Iskrittura Mqaddsa
    • 2 U ġara li Ġerobogħam+ bin Nebat semaʼ b’dan waqt li kien għadu l-​Eġittu (għax kien ħarab minħabba s-​Sultan Salamun, u b’hekk Ġerobogħam kien jgħammar l-​Eġittu),+

  • 1 Slaten 12:32
    Traduzzjoni tad-Dinja l-Ġdida taʼ l-Iskrittura Mqaddsa
    • 32 U Ġerobogħam għamel festa fit-​tmien xahar fil-​ħmistax-il jum, bħall-​festa li kien hemm f’Ġuda,+ sabiex jagħmel l-​offerti fuq l-​artal li kien bena f’Betel,+ biex joffri sagrifiċċji lill-​għoġiela li kien għamel; u lill-​qassisin tal-​postijiet għall-​qima li kien bena qegħedhom f’Betel biex jaqdu hemmhekk.

  • 1 Slaten 14:10
    Traduzzjoni tad-Dinja l-Ġdida taʼ l-Iskrittura Mqaddsa
    • 10 minħabba dan, se nġib gwaj fuq dar Ġerobogħam, u se neqred minn dar Ġerobogħam lill-​irġiel u lis-​subien kollha,+ sa l-​iktar wieħed baxx f’Israel;+ u niknes lil dar Ġerobogħam,+ bħalma wieħed jeħles mill-​ħmieġ sakemm jarmih.+

  • 2 Kronaki 11:14
    Traduzzjoni tad-Dinja l-Ġdida taʼ l-Iskrittura Mqaddsa
    • 14 Għax il-​Leviti ħallew il-​mergħat tagħhom+ u kulma kellhom+ u marru Ġuda u Ġerusalemm,+ għaliex Ġerobogħam+ u wliedu ma ħallewhomx jaqdu+ lil Ġeħova bħala qassisin.

  • 2 Kronaki 13:3
    Traduzzjoni tad-Dinja l-Ġdida taʼ l-Iskrittura Mqaddsa
    • 3 Għalhekk, Abija ggwerra b’qawwa militari t’erbaʼ mitt elf gwerrier setgħan,+ irġiel magħżulin. U Ġerobogħam ħareġ għall-​battalja kontrih bi tmien mitt elf raġel magħżul, irġiel qalbenin u setgħanin.+

  • 2 Kronaki 13:20
    Traduzzjoni tad-Dinja l-Ġdida taʼ l-Iskrittura Mqaddsa
    • 20 U Ġerobogħam ma kienx baqagħlu qawwa+ iktar fi żmien Abija; imma Ġeħova laqtu,+ u b’hekk miet.

Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
Oħroġ
Illoggja
  • Malti
  • Ixxerja
  • Preferenzi
  • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
  • Kundizzjonijiet għall-Użu
  • Privacy Policy
  • Privacy Settings
  • JW.ORG
  • Illoggja
Ixxerja