13 għandkom tkunu tafu fiċ-ċert li Ġeħova Alla tagħkom mhux se jkompli jieħu l-proprjetà taʼ dawn il-ġnus minħabba fikom;+ u huma jsiru għalikom bħal nasba u bħal nassa u bħal flaġell fuq ġenbejkom+ u bħal xewk f’għajnejkom sakemm tgħibu minn fuq din l-art tajba li takom Ġeħova Alla tagħkom.+
24 Min ta lil Ġakobb biex jinħataf, u lil Israel biex jinsteraq? Mhux Ġeħova, li dnibna kontrih, u li triqatu huma ma ridux jimxu fihom u li l-liġi tiegħu ma ridux jisimgħu minnha?+
15U Ġeħova qalli: “Lanqas kieku Mosè+ u Samwel+ kellhom jiġu hawn quddiemi ma kienet tħenn ruħi għal dawn in-nies.+ Kont inkeċċihom minn quddiem wiċċi, u jkollhom imorru.+