22 U nidhirlek hemmhekk u nitkellem miegħek minn fuq l-għatu,+ minn bejn iż-żewġ kerubini li qegħdin fuq l-arka tat-testimonjanza, iva, kulma se nikkmandak għal ulied Israel.+
2 U Ġeħova qal lil Mosè: “Għid lil ħuk Aron li m’għandux jidħol meta jrid fil-post qaddis+ ’il ġewwa mill-purtiera,+ quddiem l-għatu li qiegħed fuq l-Arka, għax inkella jmut;+ għaliex jien se nidher fi sħaba+ fuq l-għatu.+
4 Għalhekk, il-poplu bagħat xi nies Silo biex minn hemmhekk iġibu l-arka tal-patt taʼ Ġeħova taʼ l-armati, li qiegħed fuq il-kerubini.+ U ż-żewġ ulied t’Għeli, jiġifieri, Ħofni u Fineħas,+ kienu hemmhekk maʼ l-arka tal-patt taʼ l-Alla l-veru.