16 Imma huma kienu jwaqqgħu għaċ-ċajt+ kontinwament lill-messaġġiera taʼ l-Alla l-veru u jistmerru kliemu+ u jiżżuffjettaw+ bil-profeti tiegħu, sakemm il-korla+ taʼ Ġeħova xegħlet kontra l-poplu tiegħu, sakemm ma kienx hemm fejqan.+
14 F’Sijon il-midinbin qed jitwerwru;+ l-apostati+ nħakmu mit-tregħid u jgħidu: ‘Min minna jistaʼ jgħammar għal xi żmien maʼ nar li jiblaʼ?+ Min minna jistaʼ jgħammar għal xi żmien maʼ ħġejjeġ tan-nar li jaqbdu għal żmien twil?’+
20 Għaldaqstant, hekk qal il-Mulej Sovran Ġeħova, ‘Ara! Ir-rabja u l-korla tiegħi qed jitferrgħu fuq dan il-post,+ fuq il-bnedmin u fuq l-annimali domestiċi, u fuq is-siġar tar-rabaʼ+ u fuq il-frott taʼ l-art; u taqbad, u ma tintefiex.’+
27 “‘“Imma jekk ma tobdunix f’li tqaddsu jum is-Sabat u ma ġġorru xejn,+ u minflok tidħlu b’xi tagħbija mill-bibien taʼ Ġerusalemm f’jum is-Sabat, jien inqabbad nar fil-bibien tagħha,+ u jiblaʼ t-torrijiet mgħammrin taʼ Ġerusalemm+ u n-nar ma jintefiex.”’”+