19 u biex ma terfax għajnejk lejn is-smewwiet u tara x-xemx u l-qamar u l-kwiekeb, l-armata kollha tas-smewwiet, u titħajjar tmil quddiemhom u taqdihom,+ dawk li Ġeħova Alla tiegħek qassamhom lill-popli kollha taħt is-smewwiet kollha.+
16 Għalhekk, ħadni fil-bitħa taʼ ġewwa tad-dar taʼ Ġeħova,+ u fid-daħla tat-tempju taʼ Ġeħova, bejn il-loġġa u l-artal,+ kien hemm xi ħamsa u għoxrin raġel+ b’daharhom lejn it-tempju taʼ Ġeħova+ u wiċċhom lejn il-lvant imilu lejn ix-xemx.+