26 Meta nkun kissirtilkom il-bsaten li ddendlu l-ftajjar magħhom,+ għaxar nisa jaħmu ħobżkom ġo forn wieħed biss u jroddulkom ħobżkom bl-użin;+ u tieklu imma ma tixbgħux.+
53 Imbagħad ikollok tiekol il-frott taʼ ġufek, il-laħam taʼ wliedek subien u bniet,+ li tak Ġeħova Alla tiegħek, minħabba li tkun magħluq minn kullimkien u minħabba t-tbatija li se jġib fuqek l-għadu tiegħek.
63 “U jrid iseħħ li bħalma Ġeħova feraħ minħabba fikom biex jagħmlilkom il-ġid u jkattarkom,+ hekk Ġeħova jifraħ minħabba fikom biex jeqridkom u jġibkom fix-xejn;+ u titqaċċtu minn fuq wiċċ l-art li int sejjer fiha biex tiħodha f’idejk.+
16 U kompla jgħidli: “Bin il-bniedem, ara, f’Ġerusalemm qed inkisser il-bsaten li jdendlu l-ftajjar magħhom,+ u huma jkollhom jieklu l-ħobż bl-użin u bl-ansjetà,+ u se jixorbu l-ilma bil-qjies u bit-twerwir,+
10 “‘“Għalhekk, ikun hemm missirijiet li jieklu ’l uliedhom f’nofsok,+ u wlied li jieklu lil missirijiethom, u jien inwettaq fik atti taʼ ġudizzju u nxerred maʼ kull riħ lil dawk kollha li jibqaʼ minnek.”’+