8 U din id-dar issir ħerba sħiħa.+ Kulmin jgħaddi minn ħdejha jibqaʼ ċċassat,+ isaffar bi stagħġib, u jgħid, ‘Ġeħova għalfejn għamlilhom hekk lil din l-art u din id-dar?’+
19 U ħaraq id-dar taʼ l-Alla l-veru+ u ġarraf is-sur+ taʼ Ġerusalemm; u t-torrijiet mgħammrin kollha tagħha ħarquhom bin-nar kif ukoll l-oġġetti mixtiqin kollha tagħha,+ u b’hekk kollox inqered.+
11 Id-dar tagħna taʼ qdusija u sbuħija,+ fejn missirijietna kienu jfaħħruk,+ saret xi ħaġa biex tinħaraq bin-nar;+ u kull ħaġa sabiħa+ li kellna tħarbtet.
14 jien se nagħmel lid-dar li ssejjaħ ismi fuqha,+ li intom qed tafdaw fiha,+ u lill-post li tajt lilkom u lil missirijietkom, bħalma għamilt lil Silo.+
12 Għalhekk, minħabba fikom Sijon għad tinħarat bħal għalqa, u Ġerusalemm għad issir ħerba sħiħa,+ u l-muntanja tad-dar tkun bħall-postijiet għoljin taʼ foresta.