LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • Levitiku 26:33
    Traduzzjoni tad-Dinja l-Ġdida taʼ l-Iskrittura Mqaddsa
    • 33 U lilkom inxerridkom qalb il-​ġnus,+ u nislet sejf għal warajkom;+ u artkom issir ħerba,+ u blietkom isiru rovina sħiħa.

  • Dewteronomju 4:26
    Traduzzjoni tad-Dinja l-Ġdida taʼ l-Iskrittura Mqaddsa
    • 26 jien illum insejjaħ is-​smewwiet u l-​art bħala xhieda kontrikom,+ li intom żgur li se tgħibu malajr minn fuq l-​art li għaliha se taqsmu l-​Ġordan biex tiħduha f’idejkom. Ma ttawlux jiemkom fuqha, għaliex żgur li tinqerdu għalkollox.+

  • Dewteronomju 28:36
    Traduzzjoni tad-Dinja l-Ġdida taʼ l-Iskrittura Mqaddsa
    • 36 Ġeħova se jmexxi lilek+ u lis-​sultan tiegħek+ li tqiegħed fuqek għal għand ġens li ma tafux, la int u lanqas missirijietek; u hemmhekk ikollok taqdi allat oħrajn, taʼ l-​injam u tal-​ġebel.+

  • Dewteronomju 28:64
    Traduzzjoni tad-Dinja l-Ġdida taʼ l-Iskrittura Mqaddsa
    • 64 “U Ġeħova se jxerrdek fost il-​popli kollha minn tarf wieħed taʼ l-​art sat-​tarf l-​ieħor taʼ l-​art,+ u hemmhekk ikollok taqdi lil allat oħrajn, taʼ l-​injam u tal-​ġebel,+ li la int ma tafhom, u lanqas missirijietek.

  • 2 Slaten 23:27
    Traduzzjoni tad-Dinja l-Ġdida taʼ l-Iskrittura Mqaddsa
    • 27 Imma Ġeħova qal: “Lil Ġuda+ wkoll se nneħħih minn quddiem wiċċi,+ bħalma neħħejt lil Israel;+ u se niċħad lil din il-​belt li għażilt, iva, lil Ġerusalemm, u lid-​dar li dwarha għedt, ‘Ismi se jibqaʼ hemmhekk.’”+

  • Ġeremija 24:9
    Traduzzjoni tad-Dinja l-Ġdida taʼ l-Iskrittura Mqaddsa
    • 9 se nagħmilhom xi ħaġa tal-​waħx, taʼ ħsara, fis-​saltniet kollha taʼ l-​art,+ u jiġu mżebilħin, mgħajrin,+ misħutin,+ u jkunu bħal qawl fil-​postijiet kollha fejn se nxerridhom.+

  • Ġeremija 25:11
    Traduzzjoni tad-Dinja l-Ġdida taʼ l-Iskrittura Mqaddsa
    • 11 U dan il-​pajjiż kollu jsir ħerba, oġġett taʼ stagħġib, u dawn il-​ġnus ikollhom jaqdu lis-​sultan taʼ Babilonja għal sebgħin sena.”’+

  • Eżekjel 12:25
    Traduzzjoni tad-Dinja l-Ġdida taʼ l-Iskrittura Mqaddsa
    • 25 ‘“Għax jien, Ġeħova, se nitkellem, u l-​kelma li ngħid se sseħħ.+ Mhux se jkun hemm iktar dewmien,+ għax fi żmienkom,+ O dar ribelluża, se ngħid kelma u nagħmilha,” hija l-​kelma tal-​Mulej Sovran Ġeħova.’”

  • Eżekjel 24:14
    Traduzzjoni tad-Dinja l-Ġdida taʼ l-Iskrittura Mqaddsa
    • 14 Jien, Ġeħova, tkellimt.+ Dan se jseħħ,+ u jien se naġixxi. M’iniex se nħalli l-​affarijiet għaddejjin,+ u la se tiġini ħasra+ u lanqas jiddispjaċini.+ Skond triqatek u skond l-​għemejjel tiegħek se jiġġudikawk,’+ hija l-​kelma tal-​Mulej Sovran Ġeħova.”

Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
Oħroġ
Illoggja
  • Malti
  • Ixxerja
  • Preferenzi
  • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
  • Kundizzjonijiet għall-Użu
  • Privacy Policy
  • Privacy Settings
  • JW.ORG
  • Illoggja
Ixxerja