2 Għalhekk, Ġerobogħam qal lil martu: “Qum, jekk jogħġbok, u ilbes ilbies ieħor+ sabiex ma jagħrfux li int mart Ġerobogħam, u mur Silo. Ara! Hemmhekk jinsab il-profeta Aħija,+ dak li qal li jien kont se nsir sultan fuq dan il-poplu.+
11 Għal dan, Ġeħosafat qal:+ “Hawnhekk m’hawnx profeta taʼ Ġeħova?+ Mela ejja nistaqsu lil Ġeħova permezz tiegħu.”+ Għalhekk, wieħed mill-qaddejja tas-sultan taʼ Israel wieġeb u qal: “Hawnhekk joqgħod Eliżew+ bin Safat, li kien iferraʼ l-ilma f’idejn Elija.”+
13 “Morru, staqsu+ lil Ġeħova għan-nom tiegħi u tal-poplu u taʼ Ġuda kollu dwar il-kliem taʼ dan il-ktieb li nstab; għax kbira l-korla taʼ Ġeħova+ li xegħlet kontrina minħabba li missirijietna+ ma semgħux mill-kliem taʼ dan il-ktieb u m’għamlux skond kulma hemm miktub dwarna.”+