21U ġara wara dawn l-affarijiet li kien hemm għalqa tad-dwieli li kienet taʼ Nabot il-Ġeżragħeli, u din kienet f’Ġeżragħel,+ ħdejn il-palazz t’Aħab is-sultan tas-Samarija.
15 U ġara li malli Ġeżabel semgħet li Nabot ġie mħaġġar u miet, Ġeżabel qalet lil Aħab: “Qum, ħu l-għalqa tad-dwieli taʼ Nabot il-Ġeżragħeli,+ li ma riedx jagħtihielek bil-flus; għax Nabot m’għadux ħaj, imma miet.”
19 U għidlu, ‘Hekk qal Ġeħova: “Wara li qtilt,+ se tieħu l-wirt ukoll?”’+ U għidlu, ‘Hekk qal Ġeħova: “Fil-post+ fejn il-klieb lagħqu d-demm taʼ Nabot, il-klieb se jilagħqu d-demm tiegħek, iva, tiegħek.”’”+