15 U mill-għelieqi miżrugħin tagħkom u mill-oqsma tad-dwieli tagħkom jieħu wieħed minn kull għaxra,+ u jagħtih lill-uffiċjali tal-palazz tiegħu+ u lill-qaddejja tiegħu.
6 Malli semaʼ hekk, is-sultan staqsa lill-mara dwar dan, u hi rrakkontatlu l-istorja.+ Imbagħad is-sultan taha uffiċjal tal-palazz,+ u qallu: “Erġaʼ agħtiha dak kollu li hu tagħha u l-prodotti kollha taʼ l-għalqa minn dakinhar li telqet mill-pajjiż s’issa.”+
10 Fis-sebaʼ jum, meta qalb is-sultan kienet ferħana bl-inbid,+ hu qal lil Meħuman, Biżta, Ħarbona,+ Bigta u Abagta, Żetar u Karkas, is-sebaʼ uffiċjali tal-palazz li kienu jaqdu+ lis-Sultan Aħasweru nnifsu,