19 U għidlu, ‘Hekk qal Ġeħova: “Wara li qtilt,+ se tieħu l-wirt ukoll?”’+ U għidlu, ‘Hekk qal Ġeħova: “Fil-post+ fejn il-klieb lagħqu d-demm taʼ Nabot, il-klieb se jilagħqu d-demm tiegħek, iva, tiegħek.”’”+
22 U nagħmel lil darek bħal dar Ġerobogħam+ bin Nebat u bħal dar Bagħsa+ bin Aħija, minħabba l-offiża li offendejtni biha int u mbagħad ġegħelt lil Israel jidneb ukoll.’+
7 U trid taħbat għal dar Aħab sidek, u jien nitħallas+ għad-demm tal-qaddejja tiegħi l-profeti u d-demm kollu tal-qaddejja taʼ Ġeħova minn id Ġeżabel.+
36 Meta reġgħu lura u qalulu b’dan, hu qalilhom: “Hija l-kelma taʼ Ġeħova li qal permezz+ tal-qaddej tiegħu Elija t-Tisbi, meta qal, ‘Fil-medda art f’Ġeżragħel il-klieb se jieklu l-laħam taʼ Ġeżabel.+