LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • Levitiku 20:2
    Traduzzjoni tad-Dinja l-Ġdida taʼ l-Iskrittura Mqaddsa
    • 2 “Għandek tgħid lil ulied Israel, ‘Kull raġel minn ulied Israel, u kull resident barrani li jgħammar bħala barrani f’Israel, li jagħti lil xi ħadd minn uliedu lil Molek,+ żgur li għandu jingħata l-​mewt. In-​nies tal-​pajjiż għandhom iħaġġruh sakemm imut.

  • Dewteronomju 18:10
    Traduzzjoni tad-Dinja l-Ġdida taʼ l-Iskrittura Mqaddsa
    • 10 M’għandux jinstab fik xi ħadd li jgħaddi lil ibnu jew lil bintu min-​nar,+ xi ħadd li jeħber,+ min jipprattika l-​maġija+ jew xi ħadd li jfittex sinjali li bihom jaqra l-​futur+ jew saħħâr,+

  • 2 Slaten 23:10
    Traduzzjoni tad-Dinja l-Ġdida taʼ l-Iskrittura Mqaddsa
    • 10 U lil Tofet,+ li qiegħed fil-​wied taʼ wlied Ħinnom,+ ma ħalliehx adattat għall-​qima, sabiex ħadd ma jkun jistaʼ jgħaddi lil ibnu jew lil bintu min-​nar+ għal Molek.+

  • 2 Kronaki 28:3
    Traduzzjoni tad-Dinja l-Ġdida taʼ l-Iskrittura Mqaddsa
    • 3 U hu offra d-​duħħan tas-​sagrifiċċji+ fil-​wied taʼ bin Ħinnom+ u ħaraq lil uliedu+ fin-​nar, skond l-​affarijiet mistkerrhin+ tal-​ġnus li Ġeħova kien keċċa minn quddiem ulied Israel.+

  • 2 Kronaki 33:6
    Traduzzjoni tad-Dinja l-Ġdida taʼ l-Iskrittura Mqaddsa
    • 6 U għadda lil uliedu stess min-​nar+ fil-​wied taʼ bin Ħinnom,+ u pprattika l-​maġija+ u t-​teħbir+ u s-​seħer+ u ħatar medji taʼ l-​ispirti+ u nies li xogħolhom kien li jbassru+ l-​ġrajjiet. Għamel kemm felaħ dak li hu ħażin f’għajnejn Ġeħova, biex joffendih.+

  • Salm 106:37
    Traduzzjoni tad-Dinja l-Ġdida taʼ l-Iskrittura Mqaddsa
    • 37 U kienu jissagrifikaw lil uliedhom subien+

      U bniet lid-​demonji.+

  • Isaija 57:5
    Traduzzjoni tad-Dinja l-Ġdida taʼ l-Iskrittura Mqaddsa
    • 5 dawk li qed iqajmu l-​passjoni fost is-​siġar kbar,+ taħt kull siġra tħaddar,+ u joqtlu lit-​tfal fil-​widien* bejn ix-​xquq tal-​blat?+

  • Ġeremija 7:31
    Traduzzjoni tad-Dinja l-Ġdida taʼ l-Iskrittura Mqaddsa
    • 31 U bnew il-​postijiet għall-​qima* f’Tofet,+ fil-​wied taʼ bin Ħinnom,+ sabiex jaħarqu fin-​nar lil uliedhom subien u bniet,+ ħaġa li jien ma kkmandajthomx jagħmlu u li lanqas biss għaddietli minn moħħi.’*+

  • Eżekjel 16:20
    Traduzzjoni tad-Dinja l-Ġdida taʼ l-Iskrittura Mqaddsa
    • 20 “‘U kont tieħu lil uliedek subien u bniet li wlidtli,+ u kont tissagrifikahom lill-​idoli biex jinbelgħu+—mhux biżżejjed l-​atti taʼ prostituzzjoni li għamilt?

  • Eżekjel 23:37
    Traduzzjoni tad-Dinja l-Ġdida taʼ l-Iskrittura Mqaddsa
    • 37 Għax għamlu adulterju+ u hemm id-​dmija maʼ idejhom,+ u għamlu adulterju maʼ l-​idoli tagħhom moqżieża daqs id-​demel.+ U, barra minn hekk, lil uliedhom li kienu wilduli għaddewhom min-​nar bħala ikel+ għall-​idoli.

Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
Oħroġ
Illoggja
  • Malti
  • Ixxerja
  • Preferenzi
  • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
  • Kundizzjonijiet għall-Użu
  • Privacy Policy
  • Privacy Settings
  • JW.ORG
  • Illoggja
Ixxerja