1 Kronaki
24 Issa wlied Aron kellhom it-taqsimiet tagħhom. Ulied Aron kienu Nadab+ u Abiħu,+ Elegħażar+ u Itamar.+ 2 Madankollu, Nadab u Abiħu+ mietu qabel missierhom,+ u ma kellhomx ulied, imma Elegħażar+ u Itamar baqgħu jaqdu bħala qassisin. 3 U David, u Sadok+ minn ulied Elegħażar, u Aħimelek+ minn ulied Itamar, qassmuhom f’taqsimiet għall-kariga tagħhom fis-servizz tagħhom.+ 4 Imma l-kapijiet taʼ wlied Elegħażar kienu iktar fl-għadd minn dawk taʼ wlied Itamar. Għalhekk, lil ulied Elegħażar qassmulhom, bħala kapijiet tal-familji tagħhom min-naħa tal-missier, sittax, u lil ulied Itamar, bħala kapijiet tal-familji tagħhom min-naħa tal-missier, tmienja.
5 Iktar minn hekk, qassmuhom bix-xorti,+ dawn u dawk flimkien, għax kellu jkun hemm kapijiet fil-post qaddis+ u kapijiet li jaqdu lill-Alla l-veru kemm minn ulied Elegħażar u kemm minn ulied Itamar. 6 Imbagħad Semajja, bin Netanel is-segretarju+ tal-Leviti, kitibhom quddiem is-sultan u l-prinċpijiet u Sadok+ il-qassis u Aħimelek,+ bin Abjatar,+ u l-kapijiet tal-missirijiet tal-qassisin u tal-Leviti,+ familja waħda min-naħa tal-missier magħżula għal Elegħażar+ u waħda magħżula għal Itamar.+
7 U telgħu bix-xorti: l-ewwel Ġeħojarib;+ it-tieni Ġedaja, 8 it-tielet Ħarim, ir-rabaʼ Segħorim, 9 il-ħames Malkija, is-sitta Mijamin, 10 is-sebaʼ Ħakkos, it-tmienja Abija,+ 11 id-disaʼ Ġeswa, l-għaxra Sekanija, 12 il-ħdax Eljasib, it-tnax Ġakim, 13 it-tlettax Ħuffa, l-erbatax Ġesebegħab, 14 il-ħmistax Bilga, is-sittax Immer, 15 is-sbatax Ħeżir, it-tmintax Ħaffisses, 16 id-dsatax Petaħija, l-għoxrin Ġeħeżkel, 17 il-wieħed u għoxrin Ġakin, it-tnejn u għoxrin Gamul, 18 it-tlieta u għoxrin Delaja, l-erbgħa u għoxrin Magħżija.
19 Dawn kienu l-karigi tagħhom+ għas-servizz tagħhom,+ biex jidħlu fid-dar taʼ Ġeħova skond id-dritt mistħoqq tagħhom+ minn id Aron missierhom tal-qedem, bħalma kien ordnalu Ġeħova, l-Alla taʼ Israel.
20 U minn ulied Levi li kien fadal, minn ulied Għamram+ kien hemm Subagħel;+ minn ulied Subagħel, Ġeħdeja; 21 minn Reħabija:+ minn ulied Reħabija, Issija l-kap; 22 mill-Isħarin,+ Selomot;+ minn ulied Selomot, Ġaħat; 23 u minn ulied Ħebron,+ Ġerija+ l-kap, Amarija t-tieni, Ġaħażijel it-tielet, u Ġekamegħam ir-rabaʼ. 24 Ulied Użżijel: Mikea;+ minn ulied Mikea, Samir. 25 Ħu Mikea kien Issija; minn ulied Issija, Żakkarija.
26 Ulied Merari+ kienu Maħli+ u Musi;+ ulied Ġagħżija: Beno. 27 Ulied Merari: Minn Ġagħżija, Beno, Soħam, Żakkur, u Ibri. 28 Minn Maħli, Elegħażar, li ma kellux ulied.+ 29 Minn Kis: ulied Kis: Ġeraħmel. 30 U wlied Musi kienu Maħli,+ Għeder, u Ġerimot.+
Dawn kienu wlied il-Leviti skond il-familji tagħhom min-naħa tal-missier.+ 31 U dawn ukoll tefgħu x-xorti+ eżattament bħalma għamlu ħuthom, ulied Aron, quddiem David, is-sultan, u Sadok u Aħimelek u l-kapijiet tal-familji min-naħa tal-missier tal-qassisin u tal-Leviti. Rigward il-familji min-naħa tal-missier,+ il-kap kien eżatt bħal ħuh iż-żgħir.