25 Ġeħova se jġiegħlek tiġi megħlub quddiem l-għedewwa tiegħek.+ Minn triq waħda toħroġ kontrihom, imma minn sebaʼ triqat taħrab minn quddiemhom; u ssir tal-biżaʼ għas-saltniet kollha taʼ l-art.+
6 U l-irġiel taʼ Israel raw li kienu f’sitwazzjoni mwiegħra,+ għaliex in-nies kienu mrassin mill-għadu; u n-nies marru jistaħbew fl-għerien,+ fil-ħofor, fl-irdumijiet, fil-kantini, u fil-bjar.
7 Meta l-irġiel taʼ Israel li kienu fir-reġjun tal-pjanura l-baxxa u li kienu fir-reġjun tal-Ġordan raw li l-gwerriera taʼ Israel kienu ħarbu, u li Sawl u wliedu kienu mietu, imbagħad huma bdew jitilqu mill-bliet u jaħarbu,+ u l-Filistin daħlu u bdew jgħammru fihom.+