15 “U jrid iseħħ li jekk ma tismax minn leħen Ġeħova Alla tiegħek biex toqgħod attent li tagħmel il-kmandamenti tiegħu u l-istatuti kollha tiegħu li qed nikkmandak illum, dawn is-saħtiet kollha jiġu fuqek u jilħquk:+
18 U bil-mod il-mod abbandunaw id-dar taʼ Ġeħova, l-Alla taʼ missirijiethom, u bdew jaqdu lill-arbli sagri+ u lill-idoli,+ u b’hekk kien hemm l-għadab t’Alla kontra Ġuda u Ġerusalemm minħabba din il-ħtija tagħhom.+