10 “Kellem lil ulied Israel, u għidilhom, ‘Għalkemm xi raġel minnkom jew mill-ġenerazzjonijiet tagħkom ma jibqax nadif għax imiss ruħ mejta+ jew ikun fuq xi vjaġġ ’il bogħod, hu wkoll irid iħejji s-sagrifiċċju tal-Qbiż lil Ġeħova.
11 Fit-tieni xahar,+ fl-erbatax-il jum bejn inżul ix-xemx u d-dlam għandhom iħejjuh. Flimkien mal-ħobż bla ħmira u l-ħxejjex morri għandhom jikluh.+