20 U ġara li malli Israel kollu semaʼ li Ġerobogħam kien ġie lura, huma mill-ewwel bagħtu jsejħulu biex jiġi fil-ġemgħa u għamluh sultan fuq Israel kollu.+ Ħadd ma segwa lid-dar taʼ David ħlief it-tribù taʼ Ġuda.+
11Meta Reħobogħam wasal Ġerusalemm,+ hu fil-pront laqqaʼ d-dar taʼ Ġuda u taʼ Benjamin,+ mija u tmenin elf raġel mill-aqwa li kienu b’saħħithom għall-gwerra,+ biex jiġġieldu kontra Israel, sabiex is-saltna tinġieb lura għand Reħobogħam.