1 Slaten
15 U fis-sena tmintax tas-Sultan Ġerobogħam+ bin Nebat,+ Abijam sar sultan fuq Ġuda.+ 2 Dam isaltan tliet snin f’Ġerusalemm; u ommu kien jisimha Magħka+ u nannuha kien Abisalom.+ 3 U mexa fid-dnubiet kollha li missieru għamel qablu; u qalbu ma kinitx sħiħa+ maʼ Ġeħova Alla tiegħu, bħal qalb David missieru.+ 4 Għax, minħabba David,+ Ġeħova Alla tiegħu tah musbieħ+ f’Ġerusalemm billi qajjem lil ibnu warajh u ħalla lil Ġerusalemm teżisti,+ 5 għax David għamel dak li hu sewwa f’għajnejn Ġeħova, u ma warrab xejn minn dak li Hu kkmandah il-jiem kollha taʼ ħajtu,+ ħlief fil-kwistjoni t’Urija l-Ħitti.+ 6 U kien hemm il-gwerer bejn Reħobogħam u Ġerobogħam il-jiem kollha taʼ ħajtu.+
7 U l-bqija tal-ġrajjiet t’Abijam u kulma għamel, m’humiex dawn miktubin fi ktieb+ il-ġrajjiet taʼ żmien is-slaten taʼ Ġuda? U kien hemm gwerer ukoll bejn Abijam u Ġerobogħam.+ 8 Fl-aħħar, Abijam imtedd maʼ missirijietu u difnuh fil-Belt taʼ David;+ u ibnu Asa+ beda jsaltan minfloku.
9 Fis-sena għoxrin taʼ Ġerobogħam is-sultan taʼ Israel, Asa sar is-sultan taʼ Ġuda. 10 U dam isaltan wieħed u erbgħin sena f’Ġerusalemm; u nanntu kien jisimha Magħka+ u nannuha kien Abisalom.+ 11 U Asa għamel dak li hu sewwa f’għajnejn Ġeħova, bħal David missieru.+ 12 Għaldaqstant warrab l-irġiel prostituti tat-tempju mill-pajjiż+ u neħħa l-idoli kollha moqżieża daqs id-demel+ li għamlu missirijietu.+ 13 Anki lil nanntu Magħka+ neħħieha minn sultana omm,*+ għax kienet għamlet idolu moqżież għall-qima taʼ l-arblu sagru; u Asa qaċċat l-idolu moqżież tagħha+ u ħarqu+ fil-wied taʼ Kidron.+ 14 Imma l-postijiet għall-qima*+ ma neħħihomx.+ Madankollu, qalb Asa baqgħet sħiħa maʼ Ġeħova tul jiemu kollha.+ 15 U beda jdaħħal fid-dar taʼ Ġeħova l-affarijiet li tqaddsu minn missieru u l-affarijiet li qaddes hu stess, fidda u deheb u diversi oġġetti.+
16 U kien hemm il-gwerer bejn Asa u Bagħsa+ s-sultan taʼ Israel il-jiem kollha tagħhom. 17 Għalhekk, Bagħsa s-sultan taʼ Israel telaʼ kontra Ġuda u beda jibni Rama+ biex ma jħalli lil ħadd joħroġ mingħand Asa, is-sultan taʼ Ġuda, jew jidħol għandu.+ 18 Għal dan, Asa ħa l-fidda u d-deheb kollu li kien baqaʼ fit-teżori tad-dar taʼ Ġeħova u t-teżori tad-dar tas-sultan u tahom f’idejn il-qaddejja tiegħu; u s-Sultan Asa bagħathom għand Ben-ħadad,+ bin Tabrimmon, bin Ħeżjon, is-sultan tas-Sirja,+ li kien jgħammar f’Damasku,+ u qallu: 19 “Hemm patt bejni u bejnek, bejn missieri u missierek. Ara, jien bgħattlek rigal+ taʼ fidda u deheb. U int ejja u ikser il-patt maʼ Bagħsa s-sultan taʼ Israel, sabiex jitlaq minn hawn.”+ 20 Għalhekk, Ben-ħadad semaʼ mis-Sultan Asa u bagħat lill-kapijiet tal-qawwiet militari tiegħu kontra l-bliet taʼ Israel u ħabat għal Ijon+ u Dan+ u Abel-bet-magħka+ u Kinneret kollha, sa l-art kollha taʼ Naftali.+ 21 U ġara li, malli Bagħsa semaʼ b’dan, minnufih hu waqaf jibni Rama+ u kompla jgħammar f’Tirsa.+ 22 U s-Sultan Asa, min-naħa tiegħu, laqqaʼ lil Ġuda kollu+—ħadd ma tħalla barra—u huma ġarrew il-ġebel taʼ Rama u l-injam tagħha, li Bagħsa kien qed jibni bihom; u s-Sultan Asa użahom biex jibni Geba+ f’Benjamin, u Mispa.+
23 U l-bqija tal-ġrajjiet t’Asa u l-atti setgħanin kollha tiegħu u kulma għamel u l-bliet li bena, m’humiex dawn miktubin fi ktieb+ il-ġrajjiet taʼ żmien is-slaten taʼ Ġuda? Imma fi xjuħitu+ qabditu marda f’saqajh.+ 24 Fl-aħħar, Asa mtedd maʼ missirijietu+ u ndifen maʼ missirijietu fil-Belt taʼ David missieru;+ u ibnu Ġeħosafat+ beda jsaltan minfloku.
25 U Nadab,+ bin Ġerobogħam, sar sultan fuq Israel fit-tieni sena t’Asa s-sultan taʼ Ġuda; u dam isaltan sentejn fuq Israel. 26 U kompla jagħmel dak li hu ħażin+ f’għajnejn Ġeħova u baqaʼ miexi fit-triq taʼ missieru+ u fid-dnub tiegħu li bih ġiegħel lil Israel jidneb.+ 27 U Bagħsa+ bin Aħija taʼ dar Issakar beda jikkonfoffa kontrih; u Bagħsa ħabat għalih f’Gibbeton,+ li kienet tal-Filistin, waqt li Nadab u Israel kollu kienu qed jassedjaw lil Gibbeton. 28 U Bagħsa qatlu fit-tielet sena t’Asa s-sultan taʼ Ġuda u beda jsaltan minfloku.+ 29 U ġara li malli sar sultan, hu qatel lid-dar kollha taʼ Ġerobogħam. Minn dar Ġerobogħam ma ħalla ’l ħadd li jieħu n-nifs għax qeridhom ilkoll, skond il-kelma li Ġeħova kien qal permezz tal-qaddej tiegħu Aħija s-Siloni,+ 30 minħabba d-dnubiet taʼ Ġerobogħam li bihom dineb+ hu u ġiegħel lil Israel jidneb ukoll u minħabba l-offiża li biha offenda lil Ġeħova l-Alla taʼ Israel.+ 31 U l-bqija tal-ġrajjiet taʼ Nadab u kulma għamel, m’humiex dawn miktubin fi ktieb+ il-ġrajjiet taʼ żmien is-slaten taʼ Israel? 32 U kien hemm il-gwerer bejn Asa u Bagħsa s-sultan taʼ Israel il-jiem kollha tagħhom.+
33 Fit-tielet sena t’Asa s-sultan taʼ Ġuda, Bagħsa bin Aħija sar sultan fuq Israel kollu f’Tirsa u dam isaltan erbgħa u għoxrin sena.+ 34 U kompla jagħmel dak li hu ħażin f’għajnejn Ġeħova+ u baqaʼ miexi fit-triq taʼ Ġerobogħam+ u fid-dnub tiegħu li bih ġiegħel lil Israel jidneb.+