36 Għal sebat ijiem għandkom tippreżentaw offerta magħmula bin-nar lil Ġeħova. Fit-tmien jum għandu jkun hemm konvenzjoni mqaddsa għalikom,+ u tridu tippreżentaw offerta magħmula bin-nar lil Ġeħova. Din hi assemblea solenni.* Ma tistgħu tagħmlu ebda tip taʼ xogħol taʼ strapazz.
18 U kien hemm qari b’leħen għoli tal-ktieb tal-liġi taʼ l-Alla l-veru jum wara jum,+ mill-ewwel jum sa l-aħħar jum; u huma baqgħu jiċċelebraw il-festa sebat ijiem, u fit-tmien jum kien hemm assemblea solenni, skond ir-regola.+