2 U ssokta jaħbat għall-Mowabin+ u kejjilhom b’ħabel, u ġegħelhom jimteddu maʼ l-art, sabiex ikejjel żewġ ħbula ħalli joqtolhom, u ħabel sħiħ biex iħallihom ħajjin;+ u l-Mowabin saru l-qaddejja taʼ David+ biex iġibulu l-ħaraġ.+
6 Imbagħad David qiegħed għases tas-suldati fis-Sirja taʼ Damasku,+ u s-Sirjani saru l-qaddejja taʼ David li jġibulu l-ħaraġ.+ U Ġeħova kompla jsalva lil David kulfejn kien imur.+
14 minbarra dak li kien jiddaħħal mill-merkanti+ li jivvjaġġaw u min-negozjanti u mis-slaten kollha taʼ l-Għarab+ u mill-gvernaturi tal-pajjiż li kienu qed iġibu d-deheb u l-fidda lil Salamun.
11 U lil Ġeħosafat kienu qed iġibulu rigali+ u flus bħala ħaraġ+ mingħand il-Filistin. L-Għarab+ ukoll kienu qed iġibulu l-imrieħel, sebat elef u sebaʼ mitt muntun u sebat elef u sebaʼ mitt bodbod.+
8 U l-Għammonin+ bdew jagħtu l-ħaraġ+ lil Użżija. Maż-żmien, il-fama tiegħu+ waslet saħansitra sa l-Eġittu, għax wera l-qawwa tiegħu b’mod straordinarju.