14 U Ġeħova qanqal l-ispirtu+ taʼ Żerubbabel, bin Saltijel, il-gvernatur taʼ Ġuda, u l-ispirtu taʼ Ġożwè,+ bin Ġeħosadak il-qassis il-kbir, u l-ispirtu taʼ dawk kollha li kien fadal mill-poplu; u huma ġew biex jagħmlu x-xogħol fid-dar taʼ Ġeħova taʼ l-armati, Alla tagħhom.+
2 “Għid, jekk jogħġbok, lil Żerubbabel,+ bin Saltijel,+ il-gvernatur taʼ Ġuda,+ u lil Ġożwè,+ bin Ġeħosadak+ il-qassis il-kbir, u lil dawk li fadal mill-poplu, għidilhom,