5 Wara dan, għedt lis-sultan: “Jekk is-sultan jidhirlu li hu tajjeb,+ u jekk il-qaddej tiegħek jidher tajjeb quddiemek,+ li tibgħatni Ġuda, lejn il-belt fejn huma midfunin missirijieti, biex inkun nistaʼ nibniha mill-ġdid.”+
6 Għal dan, is-sultan qalli, waqt li mart is-sultan kienet bil-qiegħda ħdejh: “Kemm se jkun twil il-vjaġġ tiegħek u meta ġej lura?” Għalhekk, is-sultan deherlu li hu tajjeb+ li jibgħatni, meta tajtu ż-żmien stabbilit.+