-
Ester 8:9Traduzzjoni tad-Dinja l-Ġdida taʼ l-Iskrittura Mqaddsa
-
-
9 Għaldaqstant issejħu s-segretarji+ tas-sultan dak il-ħin fit-tielet xahar, jiġifieri, fix-xahar taʼ Siwan, fit-tlieta u għoxrin jum tiegħu; u nkiteb dak kollu li Mordekaj ikkmanda lil-Lhud u lis-satrapi*+ u lill-gvernaturi u lill-prinċpijiet tal-provinċji mill-Indja sa l-Etjopja, mija u sebgħa u għoxrin provinċja,+ lil kull provinċja skond il-kitba+ tagħha u lil kull poplu bl-ilsien+ tiegħu, u lil-Lhud skond il-kitba tagħhom u bl-ilsien tagħhom.+
-