7 U beda jieħu ħsieb+ lil Ħadassa,* jiġifieri, Ester, it-tifla taʼ ħu missieru,+ għax la kellha missier u lanqas omm; u t-tfajla kienet sabiħa f’suritha u wiċċha ħelu,+ u mal-mewt taʼ missierha u ommha Mordekaj ħadha b’bintu.
20 Ester ma kienet qed tgħid xejn dwar qrabatha u l-poplu tagħha,+ bħalma kien ikkmandaha+ Mordekaj;+ u Ester kienet qed tagħmel kulma qalilha Mordekaj, kif kienet tagħmel meta kien jieħu ħsiebha hu.+