23 Għalhekk, Mosè medd il-ħatar tiegħu lejn is-smewwiet; u Ġeħova bagħat ragħad u silġ,+ u nar kien jinżel jiġri għal fuq l-art, u Ġeħova kompla jibgħat xita taʼ silġ fuq l-art taʼ l-Eġittu.
11 U ġara li waqt li kienu qed jaħarbu minn quddiem Israel u kienu fin-niżla taʼ Bet-ħoron, Ġeħova xeħet fuqhom biċċiet kbar tas-silġ+ mis-smewwiet s’Għażeka, u mietu. Kien hemm iktar li mietu bil-biċċiet tas-silġ milli nqatlu bis-sejf minn ulied Israel.