Ġob
1 Kien hemm raġel fl-art t’Uż+ li kien jismu Ġob;*+ u dan ir-raġel kien bla ħtija+ u rett,+ jibżaʼ minn Alla+ u jitbiegħed mill-ħażen.+ 2 U twildulu sebaʼ subien u tlett ibniet.+ 3 U l-bhejjem tiegħu+ kienu jgħoddu sebat elef nagħġa, tlett elef ġemel, ħames mitt par baqar, u ħames mitt ħmara, flimkien maʼ ġemgħa kbira ferm taʼ qaddejja; u dan ir-raġel kien l-aqwa wieħed min-nies kollha taʼ l-Orjent.+
4 U kull wieħed minn uliedu s-subien, fil-jum li kien imissu, kien jagħmel ikla kbira+ f’daru stess; u kienu jibagħtu għat-tliet ħuthom il-bniet u jistidnuhom biex jieklu u jixorbu magħhom. 5 U kien jiġri li meta kienet tgħaddi dawra sħiħa tal-jiem taʼ l-ikliet, Ġob kien jibgħat għalihom u jqaddishom;+ u kien iqum kmieni fil-għodu u joffri sagrifiċċji tal-ħruq+ skond l-għadd tagħhom kollha; għax Ġob kien jgħid, “forsi wliedi dinbu u seħtu+ lil Alla f’qalbhom.”+ Hekk kien jagħmel Ġob dejjem.+
6 Issa wasal il-jum meta wlied* l-Alla l-veru+ daħlu biex jidhru quddiem Ġeħova,+ u anki Satana*+ daħal fosthom.+
7 Imbagħad Ġeħova qal lil Satana: “Minfejn ġej?” U Satana wieġeb lil Ġeħova u qallu: “Milli ndur ’l hemm u ’l hawn fuq l-art+ u milli nimxi ’l hemm u ’l hawn fiha.”+ 8 U Ġeħova ssokta jgħid lil Satana: “Qgħadt taħseb xejn fil-qaddej tiegħi Ġob, li m’hemm ħadd bħalu fuq l-art,+ raġel bla ħtija+ u rett,+ jibżaʼ minn Alla+ u jitbiegħed mill-ħażen?”+ 9 U Satana wieġeb lil Ġeħova u qallu: “Huwa għalxejn li Ġob jibżaʼ minn Alla?+ 10 Ma bnejtx int innifsek ħajt madwaru dawramejt+ u madwar daru u madwar kulma għandu? Beriktlu xogħol idejh,+ u l-bhejjem tiegħu xterdu fuq l-art. 11 Imma issa midd idek, jekk jogħġbok, u miss kulma għandu u ara jekk jisħtekx f’wiċċek.”+ 12 Għaldaqstant, Ġeħova qal lil Satana: “Ara! Kulma għandu hu f’idek. Biss tmiddx idek fuqu!” Għalhekk, Satana ħareġ minn quddiem wiċċ Ġeħova.+
13 Issa wasal il-jum meta wliedu s-subien u l-bniet kienu qed jieklu u jixorbu l-inbid fid-dar taʼ ħuhom il-kbir.+ 14 U ġie messaġġier+ għand Ġob u qallu: “Il-baqar kienu qed jaħartu+ u l-ħmir nisa kienu qed jirgħu maġenbhom 15 meta ġew is-Sabegħanin+ jaħbtu għalihom u ħaduhom, u lill-qaddejja qatluhom b’xifer is-sejf; u jien irnexxieli naħrab, jien waħdi biss, biex ngħidlek.”+
16 Waqt li dan kien għadu qed jitkellem, ġie ieħor u qallu: “In-nar t’Alla niżel mis-smewwiet+ u beda jaqbad qalb in-nagħaġ u l-qaddejja u belagħhom; u jien irnexxieli naħrab, jien waħdi biss, biex ngħidlek.”
17 Waqt li dan kien għadu qed jitkellem, ġie ieħor u qallu: “Il-Kaldin+ ifformaw tliet qtajjaʼ u ntefgħu għal fuq l-iġmla u ħaduhom, u lill-qaddejja qatluhom b’xifer is-sejf; u jien irnexxieli naħrab, jien waħdi biss, biex ngħidlek.”
18 Waqt li dan kien għadu qed jitkellem, ġie jerġaʼ ieħor u qallu: “Uliedek is-subien u l-bniet kienu qed jieklu u jixorbu l-inbid+ fid-dar taʼ ħuhom il-kbir. 19 U, ara, ġie riħ qawwi+ mir-reġjun tax-xagħri, u laqat l-erbaʼ kantunieri tad-dar, u b’hekk din waqgħet fuq iż-żgħażagħ u mietu. U jien irnexxieli naħrab, jien waħdi biss, biex ngħidlek.”
20 U Ġob qam, ċarrat+ il-libsa bla kmiem tiegħu, qataʼ xagħar+ rasu, niżel fl-art+ u miel,+ 21 u qal:
“Għarwien ħriġt minn żaqq ommi,+
U għarwien immur lura lejn l-art.+
Ġeħova tani,+ u Ġeħova ħadli.+
Ħa jkompli jkun imbierek isem Ġeħova.”+
22 F’dan kollu Ġob ma dinibx u ma qalx li Alla għamel xi ħaġa mhix xierqa.+