LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • Isaija 55:7
    Traduzzjoni tad-Dinja l-Ġdida taʼ l-Iskrittura Mqaddsa
    • 7 Ħalli l-​ħażin jerħi triqtu,+ u dak li jagħmel il-​ħsara jerħi ħsibijietu;+ u ħa jerġaʼ lura lejn Ġeħova, li jkollu ħniena minnu,+ u lejn Alla tagħna, għax hu jaħfer bil-​kbir.+

  • Eżekjel 33:11
    Traduzzjoni tad-Dinja l-Ġdida taʼ l-Iskrittura Mqaddsa
    • 11 Għidilhom, ‘“Daqskemm jien ħaj,” hija l-​kelma tal-​Mulej Sovran Ġeħova, “jien mhux bil-​mewt tal-​ħażin nitgħaxxaq+ imma b’li xi ħadd ħażin idur lura+ minn triqtu u jibqaʼ jgħix.+ Duru lura, duru lura minn triqatkom il-​ħżiena,+ għax għalfejn għandkom tmutu, O dar Israel?”’+

  • Ħabakkuk 1:3
    Traduzzjoni tad-Dinja l-Ġdida taʼ l-Iskrittura Mqaddsa
    • 3 Għaliex tħallini nara dak li hu taʼ wġigħ, u int tibqaʼ sempliċement tħares lejn l-​inkwiet? U t-​tħarbit u l-​vjolenza għala huma quddiemi? Għala hemm it-​tilwim, u għala jqum il-​ġlied?+

  • Ħabakkuk 1:13
    Traduzzjoni tad-Dinja l-Ġdida taʼ l-Iskrittura Mqaddsa
    • 13 Għajnejk puri wisq biex tara dak li hu ħażin; u ma tistax tħares lejn l-​inkwiet.+ Għalfejn tħares lejn dawk li jaġixxu bi tradiment,+ u tibqaʼ sieket meta xi ħadd mill-​agħar jiblaʼ lil min hu iktar ġust minnu?+

  • Rumani 9:17
    Traduzzjoni tad-Dinja l-Ġdida taʼ l-Iskrittura Mqaddsa
    • 17 Għax l-​Iskrittura tgħid lill-​Fargħun: “Għal dan l-​istess skop ħallejtek tibqaʼ, biex permezz tiegħek nuri l-​qawwa tiegħi u ismi jixxandar fl-​art kollha.”+

  • Rumani 9:22
    Traduzzjoni tad-Dinja l-Ġdida taʼ l-Iskrittura Mqaddsa
    • 22 Issa, jekk Alla, għalkemm għandu r-​rieda li juri l-​korla tiegħu u jgħarraf il-​qawwa tiegħu, ittollera b’ħafna sabar fit-​tul ir-​reċipjenti taʼ korla li jistħoqqilhom il-​qerda,+

Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
Oħroġ
Illoggja
  • Malti
  • Ixxerja
  • Preferenzi
  • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
  • Kundizzjonijiet għall-Użu
  • Privacy Policy
  • Privacy Settings
  • JW.ORG
  • Illoggja
Ixxerja