26 O bint il-poplu tiegħi, tħażżem bl-ilbies taʼ l-ixkora+ u tmiegħek fl-irmied.+ Tnikket bħallikieku għall-uniku iben, bi lfiq taʼ mrar;+ għax dak li se jħarbatna jiġi fuqna f’daqqa waħda.+
6 Meta l-kelma waslet għand is-sultan taʼ Ninwe,+ dan qam minn fuq it-tron tiegħu u neħħa l-libsa uffiċjali tiegħu minn fuqu u tgħatta bl-ilbies taʼ l-ixkora u poġġa fuq l-irmied.+
8 U ħa jitgħattew bl-ixkora, il-bniedem u l-annimal domestiku; u ħa jsejħu lil Alla b’saħħa u jerġgħu lura,+ kull wieħed minn triqtu l-ħażina u mill-vjolenza taʼ idejhom.