15 Għax hekk qal l-Għoli u l-Merfugħ ’il fuq,+ li jgħammar għal dejjem+ u li ismu qaddis:+ “Fl-għoli u fil-post qaddis ngħammar jien,+ flimkien maʼ l-imfarrak u dak bi spirtu umli,+ biex inqajjem mill-ġdid l-ispirtu taʼ l-umli u nqajjem mill-ġdid qalb l-imfarrkin.+
2 “Issa dan kollu idi għamlitu, u b’hekk sar dan kollu,”+ hija l-kelma taʼ Ġeħova. “Mela, lejn dan se nħares, lejn min qed isofri u li għandu spirtu sogħbien+ u li qed jitriegħed għall-kelma tiegħi.+
18 “L-ispirtu+ taʼ Ġeħova qiegħed fuqi, għax Hu dilikni biex inxandar aħbar tajba lill-foqra, bagħatni nippriedka l-ħelsien lill-imjassrin u l-għoti tad-dawl lill-għomja, biex neħles lill-imgħakksin,+