29 U Alla ssokta jgħid: “Ara! Tajtkom il-ħxejjex kollha li jagħmlu ż-żerriegħa u li qegħdin fuq wiċċ l-art kollha u kull siġra li fiha hemm il-frott taʼ siġra li jagħmel iż-żerriegħa.+ Ħa jservi dan bħala ikel għalikom.+
25 “Għaldaqstant ngħidilkom: Tibqgħux tkunu ansjużi+ dwar ħajjitkom* rigward x’se tieklu jew x’se tixorbu, jew dwar ġisimkom rigward x’se tilbsu.+ Ma tiswiex il-ħajja iktar mill-ikel u l-ġisem mill-ilbies?+
16 “Għax Alla tant ħabb+ lid-dinja li ta l-Iben uniġenitu tiegħu,+ biex kulmin jeżerċita l-fidi+ fih ma jinqeridx+ imma jkollu l-ħajja taʼ dejjem.+
17 għalkemm, fil-fatt, ma ħalliex lilu nnifsu mingħajr xiehda billi għamel it-tajjeb+ u takom ix-xita+ mis-sema u l-istaġuni tal-frott u mlielkom qlubkom għalkollox bl-ikel u bil-ferħ.”+