LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • Dewteronomju 6:4
    Traduzzjoni tad-Dinja l-Ġdida taʼ l-Iskrittura Mqaddsa
    • 4 “Ismaʼ, O Israel: Ġeħova Alla tagħna hu Ġeħova wieħed.+

  • Dewteronomju 32:39
    Traduzzjoni tad-Dinja l-Ġdida taʼ l-Iskrittura Mqaddsa
    • 39 Araw issa li jien—jien hu+

      U m’hemmx allat flimkien miegħi.+

      Jien nagħti l-​mewt, u jien nagħti l-​ħajja.+

      Jien nidrob,+ u jien—jien infejjaq,+

      U m’hemm ħadd li jaħtafli minn idi.+

  • Salm 83:18
    Traduzzjoni tad-Dinja l-Ġdida taʼ l-Iskrittura Mqaddsa
    • 18 Biex in-​nies ikunu jafu+ li int, li ismek hu Ġeħova,+

      Int waħdek l-​Iktar Għoli+ fuq l-​art kollha.+

  • Isaija 37:16
    Traduzzjoni tad-Dinja l-Ġdida taʼ l-Iskrittura Mqaddsa
    • 16 “O Ġeħova taʼ l-​armati, l-​Alla taʼ Israel,+ li qiegħed bil-​qiegħda fuq il-​kerubini, int waħdek l-​Alla l-​veru tas-​saltniet kollha taʼ l-​art.+ Int għamilt is-​smewwiet u l-​art.+

  • Isaija 44:6
    Traduzzjoni tad-Dinja l-Ġdida taʼ l-Iskrittura Mqaddsa
    • 6 “Hekk qal Ġeħova, is-​Sultan taʼ Israel+ u Dak li xtrah lura,+ Ġeħova taʼ l-​armati, ‘Jien l-​ewwel u jien l-​aħħar,+ u m’hemm ebda Alla ħliefi.+

  • Marku 12:29
    Traduzzjoni tad-Dinja l-Ġdida taʼ l-Iskrittura Mqaddsa
    • 29 Wieġeb Ġesù: “L-​ewwel hu, ‘Ismaʼ, O Israel, Ġeħova Alla tagħna hu Ġeħova wieħed,+

  • 1 Korintin 8:4
    Traduzzjoni tad-Dinja l-Ġdida taʼ l-Iskrittura Mqaddsa
    • 4 Dwar li wieħed jiekol+ l-​ikel offrut lill-​idoli: nafu li idolu m’hu xejn+ fid-​dinja u li hemm biss Alla wieħed.+

  • Efesin 4:6
    Traduzzjoni tad-Dinja l-Ġdida taʼ l-Iskrittura Mqaddsa
    • 6 Alla wieħed+ u Missier kulħadd, li hu fuq kulħadd u b’kulħadd u f’kulħadd.

Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
Oħroġ
Illoggja
  • Malti
  • Ixxerja
  • Preferenzi
  • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
  • Kundizzjonijiet għall-Użu
  • Privacy Policy
  • Privacy Settings
  • JW.ORG
  • Illoggja
Ixxerja