4 “Tagħmilx għalik xi xbieha skolpita jew forma bħal xi ħaġa li hemm fis-smewwiet ’il fuq, jew li hemm fuq l-art taħt, jew li hemm fl-ilmijiet taħt l-art.+
26“‘Tagħmlux allat bla siwi għalikom,+ u twaqqfux xi xbieha skolpita+ jew xi pilastru sagru għalikom, u tpoġġux xi ġebla bħala figura skolpita+ f’artkom sabiex tmilu quddiemha;+ għax jien Ġeħova Alla tagħkom.
14 Kulħadd aġixxa bla raġuni għalkollox, u b’hekk wera li ma jaf xejn.+ Kulmin jaħdem fil-metall jistħi minħabba x-xbieha skolpita;+ għax ix-xbihat li għamel minn metall imdewweb huma gidba,+ u m’hemm l-ebda spirtu fihom.+