LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • Eżodu 34:6
    Traduzzjoni tad-Dinja l-Ġdida taʼ l-Iskrittura Mqaddsa
    • 6 U Ġeħova għadda minn quddiem wiċċu u ddikjara: “Ġeħova, Ġeħova, Alla ħanin+ u grazzjuż,+ bil-​mod biex jirrabja+ u għani fil-​qalb tajba bl-​imħabba+ u l-​verità,+

  • Numri 14:18
    Traduzzjoni tad-Dinja l-Ġdida taʼ l-Iskrittura Mqaddsa
    • 18 ‘Ġeħova, bil-​mod biex jirrabja+ u għani fil-​qalb tajba bl-​imħabba,+ jaħfer l-​iżball u l-​ksur tal-​liġi,+ imma bl-​ebda mod ma jeħles lil dak li jkun mill-​kastig,+ u jġib il-​kastig għall-​iżball tal-​missirijiet fuq l-​ulied, fuq it-​tielet ġenerazzjoni u fuq ir-​rabaʼ ġenerazzjoni.’+

  • Dewteronomju 32:36
    Traduzzjoni tad-Dinja l-Ġdida taʼ l-Iskrittura Mqaddsa
    • 36 Għax Ġeħova se jiġġudika lill-​poplu tiegħu+

      U se jiddispjaċih għall-​qaddejja tiegħu,+

      Għaliex jara li s-​saħħa għabet

      U ma fadalx ħlief min hu baxx.

  • Imħallfin 2:18
    Traduzzjoni tad-Dinja l-Ġdida taʼ l-Iskrittura Mqaddsa
    • 18 U meta Ġeħova qajmilhom l-​imħallfin,+ Ġeħova kien maʼ l-​imħallef, u salvahom minn id l-​għedewwa tagħhom il-​jiem kollha taʼ l-​imħallef; għax Ġeħova kien jiddispjaċih+ għat-​tnehid tagħhom minħabba dawk li kienu qed jaħqruhom+ u dawk li kienu qed jitfgħuhom ’l hemm u ’l hawn.

  • 2 Samwel 24:16
    Traduzzjoni tad-Dinja l-Ġdida taʼ l-Iskrittura Mqaddsa
    • 16 U l-​anġlu+ baqaʼ b’idu maħruġa ’l barra lejn Ġerusalemm biex jagħmilha ħerba; u Ġeħova beda jiddispjaċih+ minħabba l-​gwaj, u għalhekk qal lill-​anġlu li kien qed jagħmel ħerba fost il-​poplu: “Biżżejjed! Issa niżżel idek.” U l-​anġlu taʼ Ġeħova kien qiegħed qrib il-​qiegħa tad-​dris t’Arawna+ l-​Ġebusi.+

  • Salm 51:1
    Traduzzjoni tad-Dinja l-Ġdida taʼ l-Iskrittura Mqaddsa
    • 51 Ħenn għalija, O Alla, skond il-​qalb tajba bl-​imħabba tiegħek.+

      Skond l-​abbundanza tal-​ħniniet tiegħek ħassar għalkollox in-​nuqqasijiet tiegħi.+

  • Salm 69:16
    Traduzzjoni tad-Dinja l-Ġdida taʼ l-Iskrittura Mqaddsa
    • 16 Wiġibni, O Ġeħova, għax il-​qalb tajba bl-​imħabba tiegħek hi kbira.+

      Skond il-​kotra tal-​ħniniet tiegħek dur lejja,+

  • Salm 86:15
    Traduzzjoni tad-Dinja l-Ġdida taʼ l-Iskrittura Mqaddsa
    • 15 Imma int, O Ġeħova, int Alla ħanin u grazzjuż,+

      Bil-​mod biex tirrabja+ u għani fil-​qalb tajba bl-​imħabba u l-​verità.+

  • Salm 90:13
    Traduzzjoni tad-Dinja l-Ġdida taʼ l-Iskrittura Mqaddsa
    • 13 Ejja lura, O Ġeħova!+ Kemm se ddum?+

      U ħa jiddispjaċik għall-​qaddejja tiegħek.+

  • Isaija 63:7
    Traduzzjoni tad-Dinja l-Ġdida taʼ l-Iskrittura Mqaddsa
    • 7 L-atti taʼ qalb tajba bl-​imħabba taʼ Ġeħova se nsemmi,+ it-​tifħir taʼ Ġeħova, skond kulma għamel magħna Ġeħova,+ iva, it-​tjubija abbundanti li wera mad-​dar taʼ Israel+ skond il-​ħniniet tiegħu+ u skond l-​abbundanza taʼ l-​atti taʼ qalb tajba bl-​imħabba tiegħu.

  • Lamentazzjonijiet 3:32
    Traduzzjoni tad-Dinja l-Ġdida taʼ l-Iskrittura Mqaddsa
    • 32 Għax għalkemm nikkitna,+ hu se jurina ħniena skond l-​abbundanza taʼ qalb tajba bl-​imħabba tiegħu.+

  • Ġoel 2:13
    Traduzzjoni tad-Dinja l-Ġdida taʼ l-Iskrittura Mqaddsa
    • 13 U ċarrtu qlubkom,+ u mhux ħwejjiġkom;+ u ejjew lura lejn Ġeħova Alla tagħkom, għax hu grazzjuż u ħanin,+ bil-​mod biex jirrabja+ u għani fil-​qalb tajba bl-​imħabba,+ u żgur li jiddispjaċih minħabba l-​gwaj.+

Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
Oħroġ
Illoggja
  • Malti
  • Ixxerja
  • Preferenzi
  • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
  • Kundizzjonijiet għall-Użu
  • Privacy Policy
  • Privacy Settings
  • JW.ORG
  • Illoggja
Ixxerja