8 Imma kien għaliex Ġeħova ħabbkom,+ u għax ried iħares il-ħalfa li kien ħalef lil missirijietkom,+ li Ġeħova ħariġkom b’id b’saħħitha,+ sabiex jifdik minn dar l-ilsiera,+ minn id il-Fargħun, is-sultan taʼ l-Eġittu.
10 U dawk mifdijin minn Ġeħova se jerġgħu lura+ u jiġu lejn Sijon b’għajta ferriħija;+ u fuq rashom ikollhom il-ferħ għal dejjem.*+ Se jiksbu ferħ kbir u hena, u n-niket u t-tnehid jaħarbu ’l hemm.+
10 Ħa jkollok uġigħ kbir u ibda għajjat, O bint Sijon, bħal mara fil-ħlas,+ għax issa se toħroġ minn belt u jkollok tgħammar fil-kampanja.+ U jkollok tasal sa Babilonja.+ Hemmhekk se tinħeles.+ Hemmhekk Ġeħova se jixtrik lura minn id l-għedewwa tiegħek.+