LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • 1 Slaten 8:45
    Traduzzjoni tad-Dinja l-Ġdida taʼ l-Iskrittura Mqaddsa
    • 45 ismaʼ wkoll mis-​smewwiet it-​talba tagħhom u s-​supplika tagħhom għall-​ħniena, u wettaq il-​ġudizzju għalihom.+

  • Salm 3:4
    Traduzzjoni tad-Dinja l-Ġdida taʼ l-Iskrittura Mqaddsa
    •  4 B’leħen għoli nsejjaħ lil Ġeħova,

      U hu jwiġibni mill-​muntanja qaddisa tiegħu.+ Sela.

  • Salm 46:1
    Traduzzjoni tad-Dinja l-Ġdida taʼ l-Iskrittura Mqaddsa
    • 46 Alla hu għalina kenn u saħħa,+

      Għajnuna li tistaʼ tinstab malajr matul l-​inkwiet.+

  • Isaija 41:13
    Traduzzjoni tad-Dinja l-Ġdida taʼ l-Iskrittura Mqaddsa
    • 13 Għax jien, Ġeħova Alla tiegħek, qed naqbdek minn idek il-​leminija+ u ngħidlek, ‘Tibżax.+ Jien stess ngħinek.’+

  • Ġeremija 20:11
    Traduzzjoni tad-Dinja l-Ġdida taʼ l-Iskrittura Mqaddsa
    • 11 Imma Ġeħova kien miegħi+ bħal wieħed setgħan u tal-​biżaʼ.+ Huwa għalhekk li dawk stess li qed jippersegwitawni se jitfixklu u ma jagħmlu xejn kontrija.+ Se jkollhom jistħu ħafna, għax mhux se jirnexxu. L-​umiljazzjoni tagħhom se ddum għal żmien indefinit u ma tintesiex.+

  • Danjel 6:10
    Traduzzjoni tad-Dinja l-Ġdida taʼ l-Iskrittura Mqaddsa
    • 10 Imma Danjel, malli sar jaf li l-​kitba kienet ġiet iffirmata, daħal f’daru, u, bit-​twieqi taʼ l-​għorfa tiegħu miftuħin lejn Ġerusalemm,+ kien jinżel għarkopptejh tliet darbiet kuljum+ u jitlob+ u joffri tifħir quddiem Alla tiegħu,+ bħalma kien qed jagħmel regolarment qabel dan.+

  • Lhud 13:6
    Traduzzjoni tad-Dinja l-Ġdida taʼ l-Iskrittura Mqaddsa
    • 6 B’hekk, inkunu mimlijin kuraġġ+ u ngħidu: “Ġeħova hu dak li jgħinni; m’iniex se nibżaʼ. X’jistaʼ jagħmilli l-​bniedem?”+

Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
Oħroġ
Illoggja
  • Malti
  • Ixxerja
  • Preferenzi
  • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
  • Kundizzjonijiet għall-Użu
  • Privacy Policy
  • Privacy Settings
  • JW.ORG
  • Illoggja
Ixxerja