41 U issa qum,+ O Alla Ġeħova, fil-mistrieħ tiegħek,+ int u l-Arka tas-saħħa tiegħek.+ Ħa jitlibbsu bis-salvazzjoni l-qassisin, O Alla Ġeħova, u ħa jithennew bit-tjubija dawk il-leali tiegħek.+
10 Bla dubju se nifraħ b’Ġeħova.+ Ruħi se tkun mimlija ferħ b’Alla tiegħi.+ Għax hu libbisni bl-ilbies tas-salvazzjoni;+ geżwirni bil-libsa bla kmiem tas-sewwa,+ bħall-għarus li, bħal qassis, iqiegħed għata fuq rasu,+ u bħall-għarusa li tiżżejjen bl-ornamenti tagħha.+